Kif tidher jiddetermina x’mejda jagħtuk f’restorant

Klijenti b’dehra li tolqot l-għajn jingħataw l-aħjar postijiet fir-restoranti.
Dan ħareġ minn esperiment tal-programm televiżiv “Tricks of the Restaurant Trade” ta’ Channel 4, dwar kif tiġi kklassifikata l-apparenza.
B’kuntrarju għal dawk attraenti, klijenti li ma jħaddnux l-istess dehra ngħataw servizz mill-iżjed fqir għax ġew offruti post fejn il-kċina jew saħansitra fejn it-toilets
Ġieli qagħtuha għad-dritt ukoll billi jġibulhom skuża li r-restorant ma jistax jilqa’ iżjed nies “minħabba li l-imwejjed ikunu ttieħdu kollha.”
Ma jistax jonqos li wara dan kollu hemm motiv. Wieħed mill-preżentaturi, Adam Pearson, ibati minn neurofibromatosis  u din il-marda kkawżatlu diversi tumuri, li ma jikkaġunawx kanċer, f’wiċċu.
Kien Pearson li għażel il-mudelli u bagħathom qabel ma hu u sieħbu marru jittantaw xortihom biex jiksbu post fir-restorant.
Bla dubju ta’ xejn, Pearson ried ipoġġi lilu nnifsu biex jagħti togħma tar-realtà li jgħaddi minnha hu u ħafna oħrajn li jisfgħu vittmi tad-dinja fejn l-ewwel ma tiekol l-għajn!