Jibża’ minn dak li hu falz u jassoċċja ruħu ma’ farfett. Fr Karm Debattista MSSP, ta’ kuljum jippreżenta Handbook fuq l-istazzjon tar-radju 103. Handbook jiddiskuti l-vanġelu tal-jum u jixxandar eżatt wara nofsinhar.
Newsbook.com.mt: Kieku kellek tibdel ismek u kunjomok x’tagħżel?
Peter Borg… ma nafx. Naħseb għax l-isem mhu importanti xejn.
Newsbook.com.mt: Liema annimal tassoċja miegħek u għaliex?
Farfett… għax ma jafx jieqaf.
Newsbook.com.mt: Kulur favorit:
Aħdar… għax nara wisq ħajja u enerġija fih.
Newsbook.com.mt: Kwotazzjoni li ispiratek l-aktar:
Kif tara hu dak li tara… għax kollox jiddependi mill-mod kif tara kollox.
Newsbook.com.mt: Liema hu l-iktar Papa li nfluwenzak l-iktar f’ħajtek?
Franġisku… irnexxielu jħott l-imbarazz tas-sekli mgħoddija u reġa’ lura għall-oriġinal.
Newsbook.com.mt: Min xiex tibża’ l-aktar?
Minn dak li hu falz… għax għadni ma ħlistx minnu.
Newsbook.com.mt: Kanzunetta li tirritak l-aktar?
Who Let The Dogs Out?… min joħroġ kanzunetta bħal din?
Newsbook.com.mt: Oġġett li ma timmaġinakx tgħix mingħajru:
Laptop… kollox bih nagħmel.
Newsbook.com.mt: Karriera li verament tixtieq jew somma flus?
Ma nixtieqx li nbiddilha. Tkun patri issa nassoċjaha ma’ libertà.
Newsbook.com.mt: Għaliex 103?
Għax l-istorja li għamilt miegħu hi bħall-istorja ta’ mħabba, titlef, tirbaħ, tweġġa’, tinħabb.