Kif tagħmel il-Mulled Wine

Riċetta u ritratt: Tanya Zammit

Ingredjenti

2 (750ml) fliexken inbid aħmar dry

2 larinġiet, mqaxxra u sslajsjati

16 msiemer tal-qronfol

4 stikek tal-kannella

6 star anise

4-6 mgħaref għasel

60ml brandy

Metodu

Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien f’kazzola u ħawwad.

Saħħan fuq nar baxx għal 15-20 minuta. Tħallix it-taħlita tagħli għax l-alkoħol jevapora.

Għaddi l-likwidu minn passatur irqiq ħafna.

Servi sħun mal-istikek tal-kannella u l-iStar anise.

Din ir-riċetta sservi bejn 4 u 6 tazzi.