Ingredjenti
375ml ħalib
2 bajdiet
2 isfra tal-bajd
45g dqiq
120g zokkor
essenza tal-vanilla
Metodu
Saħħan 250ml tal-ħalib mal-essenza tal-vanilla sakemm jibda jagħli. Meta dan jagħli żidu mal-kumplament tal-ħalib li jkun fadallek (125ml) u mal-kumplament tal-ingredjenti l-oħra.
Erġa’ saħħan u ibqa’ ħawwad sakemm il-krema terġa’ tagħli.
Ferragħ f’bieqja, għatti b’karta strazza u ħalliha tiksaħ.
Din il-krema tista’ tużaha biex tagħmilha fuq il-pasti, timla l-kannoli, fuq il-gatueaux, eċċ.