Kif tagħmel il-bigilla

Ritratt: Tanya Zammit

Ingredjenti

250g ful ta’ Gerba

4 mgħaref żejt taż-żebbuġa

2 irjus tat-tewm mgħaffġa

kuċċarina nagħniegħ, ħabaq jew merqtux

2 qatriet Tabasco Sauce

Metodu

Aħsel il-ful u ħalli fl-ilma għal matul il-lejl.

Ibdel l-ilma u għalli l-ful sakemm jirtab u jevapora l-ilma.

Immaxxja l-ful b’food masher tal-idejn.

Żid l-ingredjenti l-oħra kollha.

Spiċċa r-riċetta billi troxx ftit żejt taż-żebbuġa fil-wiċċ.