Ingredjenti
3 tazzi dqiq
2 mgħaref ħmira
2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
kuċċarina u kwart melħ
tazza u nofs ilma sħun
Metodu
Ħallat tajjeb kollox flimkien f’kontenitur. Meta tkun lest iksi l-kontenitur bl-istretch and seal u ħalli l-għaġina tistrieħ għal siegħa.
Wara poġġi l-għaġina fuq il-wiċċ ta’ fejn tkun se taħdem l-għaġina. Aħdimha għal xi ħin, dawwarha fuqha stess għal erba’ darbiet.
Poġġi l-għaġina f’borma baxxa bl-għatu u daħħalha fil-forn għal 30 minuta.
Oħroġha mill-forn u b’sikkina agħmel sinjali fil-wiċċ. Erġa’ daħħalha fil-forn mgħottija bl-għatu għal 30 minuta oħra f’tempertura ta’ 200˚Ċ. Neħħi l-għatu u kompli sajjar għal 15-20 minuta oħra.
Oħroġ il-ħobża mill-borma u ħalliha tibred fuq gradilja.