Kif statwa vvjaġġat mill-Art Imqaddsa għal Malta?

Jekk inti dilettant tal-istatwi, u aktar u aktar dwar ir-rilevanza storika tagħhom u d-devozzjoni lejhom, Din l-Art Ħelwa qed torganizza taħdita dwar l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu u dwar l-ex-votos tal-fidda tal-istess kappella fil-Konfraternità tal-Karmnu l-Belt.
Dr Mark Agius, li jgħallem fid-Dipartiment tal-Psikjatrija fl-Università ta’ Cambridge, se jkun qed jitkellem dwar il-vjaġġ tal-istatwa mill-Art Imqaddsa għall-Ewropa, u finalment f’Malta.
Imbagħad ikompli b’deskrizzjoni tal-Oratorju tal-Konfraternità, li għadu jintuża sal-lum, minkejja l-bżonn li jiġin rrestawrat.
It-taħdita se ssir fl-20 ta’ April fis-6.30pm, fil-bini ta’ Din l-Art Ħelwa, Triq Melita l-Belt Valletta.
Fl-ewwel ritratt: L-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu
Fit-tieni ritratt: L-ex-votos tal-fidda