Kif se tinbidel ħajjet il-Brimbu u Hayley?

Matul din il-ġimgħa jixxandru ħames puntati oħra mis-sensiela Division 7 fuq l-istazzjon Melita More, Channel 315, fil-ħin tat-7.45pm.

Dan hu dak li se jiġri f’kull puntata, ġurnata b’ġurnata:

It-Tnejn 20 ta’ April

Bl-għajnuna tal-forensic team, magħmul minn Richard u t-tifel tal-kummissarju, L-ispettur Matthew u Chloe se jirnexielhom jaslu għal Franġisku? Filwaqt li Chloe ħadet tajjeb ir-realzzjoni bejn ommha u Matthew, Roderick ħadha ħażin ħafna. X’se jiġri issa bejniethom? Ir-relazzjoni ta’ Bejn Vicky u n-Niċċa dejjem sejra għall-agħar. Se jsibu soluzzjoni għall- problemi tagħhom biex forsi xi darba jkunu familja magħquda?

It-Tlieta 21 ta’ April

Kif se tinbidel ħajjet il-Brimbu u Hayley, wara dak li għaddiet minnu Giselle? Kif se tkompli s-sitwazzjoni ta’ bejniethom? Ki se tkompli l-istorja ta’ bjorn ma’ missieru u t-tim tiegħu, se jaqbad fil-business tad-droga? Se jibda joħroġ jagħmel deals magħhom? Kif se joħduha d-Dondon u l-Brimbu issa li twikkew bih mingħajr ma riedu?

L-Erbgħa 22 ta’ April                                                                                                

Min hi din miss Chewy, li d-Dondon qed jiddejjaq tant imur jaqdi waħdu ma’ Bjorn? X’għandha daqshekk partikolari dil-persuna u n-nies tagħha? Mari, kif se tispiċċa wara dak li għamlet? X’togħma se tħalli fil-plots il-ġodda tal-istorja tagħna? Kif se jibqgħu l-affarijiet bejn Vicky, Terez u n-Niċċa? Il-kobba tkompli titgħaqqad!

Il-Ħamis 23 ta’ April

X’għandha f’moħhħa Tereż? Għala talbet lil Vicky biex ir-raġel tagħha jmur jaraha? X’inhu jagħmel eżatt Karl? Qiegħed undercover? Jew qed jgħix ħajja doppja? Filgħodu Pulizija u filgħaxija ma’ sħabu l-oħrajn! Issa li Giselle qegħda l-programm, se jirnexxielha toħroġ mill-vizzju tad-droga li qegħda fih? Se terġa’ tmur lura għand bintha mfejqa?

Il-Ġimgħa 24 ta’ April

X’se jiskopru l-Pulizija wara t-tieni delitt ta’ Franġisku? Se jsibu tarf ta’ dan is-serial killer li qed joħloq paniku fil-Korp? S’issa Franġisku dejjem kien perfett u metikoluż fil-qtil li wettaq, u qatt ma’ ħalla ebda traċċa warajh. X’jista’ jkun il-fattur li jwassal lil Pulizija għalieh? Għandu xi konnessjoni sigrieta ma’ xi wieħed mil-karattri?