Kif se jolqotna Brexit?

A EU supporter waves flags while other demonstrators march as parliament sits on a Saturday for the first time since the 1982 Falklands War, to discuss Brexit in London, Britain, October 19, 2019. REUTERS/Henry Nicholls

Għal darb’oħra, nitkellmu dwar Brexit u d-diversi elementi li jirrigwardaw l-aħħar żviluppi f’ dan il-qasam. Naraw l-aspetti differenti li huma l-bażi ta’ din il-kwistjoni – l-iżviluppi tal-politika interna fir-Renju Unit, il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea, l-effetti u r-reazzjonijiet tal-Membri Parlamentari Maltin.

Brexit żgur li huwa fenomenu uniku fl-iżvilupp tal-istorja tal-Ewropa, fejn il-partijiet ilhom xhur jiddiskutu t-termini għal ftehim. Fl-isfond ta’ kampanja elettorali ġewwa r-Renju Unit, li l-eżitu tagħha jista’ jitfa’ aktar ċarezza dwar kif se tiżvolġi din il-kwistjoni. Iżda Brexit għandu konsegwenzi usa’ mill-pajjiż, hekk kif dan għandu impatt fuq il-ħidma tad-diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Imma lilna kif se jolqotna dan?