Kif se jkun it-temp sa nhar it-Tnejn?

Hekk kif Ġunju wasal fi tmiemu mewġa ta’ sħana mistennija tolqot lill-Gżejjer Maltin.

Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fil-jiem li ġejjin it-temperatura mistennija tilħaq il-35 °C, il-Ħamis li 2 ta’ Lulju.

It-Temp għal din il-ġimgħa mistenni jkun il-biċċa l-kbira xemxi. Għada l-Ħadd it-temp mistenni jkun xemxi fl-ogħla temperatura se tkun 30°C u l-inqas 22°C.

It-Tnejn u t-Tlieta t-temperatura se tkun 31°C u l-inqas 21°C ir-riħ mistenni jkun forza tlieta mill-Punet. Filwaqt li l-Erbgħa t-temperatura se titla’ għall-34°C u l-Ħamis 35°C.

L-indiċi UV se jkun 11.

Tajjeb li wieħed jieħu l-prekawzjoni neċessarja jekk ikun se joħroġ għal ħinijiet twal fix-xemx. Ħafna ħin fix-xemx huwa perikoluż għal bniedem.