Kif se jkun it-temp għall-ewwel tas-sena?

Miguela Xuereb

Fil-Milied it-temp kien pjuttost sabiħ u t-temperatura ma kinitx daqshekk kiesħa filfatt l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta spjega li t-temperatura fil-Milied din is-sena kienet ftit inqas mir-rekord li kienet 23.6°C fl-2009.

Madankollu fl-ewwel jum tas-sena 2021, it-temp mistenni jkun b’ħalbiet iżolati tax-xita bl-ogħla tempretatura mistennija tkun 15°C u l-inqas 11°C. Ir-riħ se jkun mill-Punent Majjistru forza 5.

Għada u l-Erbgħa t-temp mistenni jkun il-biċċa l-kbira xemxi bl-għola temperatura għada mistennija tkun 17°C u l-inqas 11°C  filwaqt li l-Erbgħa t-temperatura mistennija tkun 18°C u l-inqas 12°C. Ir-riħ se jkun mil-Lbiċ forza 5 għal 6 li aktar tard jonqos għal forza 4 għal 5.

Lejlet l-Ewwel tas-Sena t-temp mistenni jkun imsaħħab f’xi waqtiet bir-riħ mill-Majjistral forza 4 għal 5 li jdur għall-Punent Majjistru forza 3 għal 4.