Kif se jkun it-temp fl-ewwel jum tal-iskola?

sun rain clouds

Tmiem is-sajf għat-tfal reġa’ magħna, bil-ġurnata li tħabbar tmiem ġranet twal fix-xemx; l-ewwel ġurnata tal-iskola. Għall-inqas, it-tħabbira tat-temp kemm għat-23 ta’ Settembru u kemm għall-25 ta’ Settembru huma bla xita.

Skont l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, it-temp fit-23 se jkun xemxi. L-għola temperatura se tkun ta’ 27°C iżda tinħass 29°C. L-inqas temperatura se tkun ta’ 21°C. Ir-riħ se jkun kalm, b’forza 3-4.

Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

It-temp fil-25 ukoll se jkun il-biċċa l-kbira xemxi skont is-sit AccuWeather. L-għola temperatura se tkun ta’ 28°C iżda tinħass 30°C. L-inqas temperatura se tkun ta’ 22°C.

Skont is-sit AccuWeather, ix-xemx se titla’ għall-ħabta tas-6.50am, u terġa’ tinżel għall-ħabta tas-6.55pm fiż-żewġ ġranet.