Kif se jkun it-temp fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru?

Read in English.

Dawk li jħobbu x-xita u dawk li jħobbu s-sħana t-tnejn se jkunu kuntenti f’din l-ewwel ġimgħa ta’ Settembru.

Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, għada l-Ħadd wieħed jista’ jistenna ħalbiet tax-xita. Però, it-temperatura bejn l-1 u l-4 ta’ Settembru se tinħass fil-livell ta’ 32 °C.

It-Tnejn 2 ta’ Settembru hemm il-possibilità ta’ maltempata bir-ragħad.

It-Tlieta għandu jerġa’ jkun hemm ħalbiet tax-xita.

L-Erbgħa hemm il-possibilità ta’ maltempata bir-ragħad.

Il-Ħamis għal darb’oħra jista’ jkun hemm ħalbiet tax-xita.

It-temp imbagħad għandu jibnazza biex il-Ġimgħa jkun ftit imsaħħab.

Il-Ħamis u l-Ġimgħa t-temperatura se tinħass fil-livell ta’ 31 °C.

L-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta