Kif se jkun it-temp fl-aħħar u fl-ewwel tas-sena?

Il-bassara tat-temp tal-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħarġu r-rapport tagħhom għal kif mistenni jkun it-temp fl-aħħar jiem tal-2019 u fl-ewwel jiem tas-sena l-ġdida 2020.

Wieħed jista’ jistenna x-xita għada u fil-31 ta’ Diċembru. It-temperatura se tkun qed tvarja bejn it-8 °C u l-10 °C. Ir-riħ mistenni jonfoħ b’qawwa ta’ forza 5.

Maltairport.com

Imbagħad fl-1 ta’ Jannar it-temp mistenni jkun xemxi. Il-Ħamis, il-Ġimgħa, u s-Sibt fl-2020 għandhom ikunu fil-parti kbira tagħhom ġranet xemxin ukoll.

It-temperatura mistennija tvarja bejn it-12 °C u t-13 °C.