Kif se jibqgħu Ġiuseppe u Concetta?

Is-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba tkompli mil-lejla bit-tieni staġun li jixxandar fid-9pm fuq TVM.

Kif se jibqgħu Concetta u Ġiuseppe? U Sergio fejn mar? Min se jmur ikellmu u x’se jiġri? Min se jieħdu d-dar u Elena x’se tgħidilha dwaru? X’se jiġri meta Sergio jerġa’ jiġi f’sensieh? X’se tgħidlu Elena? U hu se jaqbel ma’ dak li qed tissuġġerixxi? Xi ħadd qiegħed jissemma’ kollox waqt li jkunu fl-istalel… min?

Salvatore jkun riekeb fuq iż-żiemel. X’se jgħidu Bernardette u Katia dwaru? U Salvatore għaliex irid ikellem lil Bernardette? X’se tgħidlu li kienet semgħet? Għaliex jitlaq mingħajr ma kellimha xejn?

Riccardo x’se jmur jgħidlu lil Emilio? Salvatore jikkonfronta lil Karla. X’se tgħidlu?

F’Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.