Kif qed iqatta’ l-ħin Bolt wara li rtira?

Jidher li Usain Bolt qed igawdi mhux ħażin dan l-aħħar wara li rtira mill-karriera fl-atletika. Huwa deher jiċċelebra waqt l-Octoberfest.

Bolt li għandu 33 sena ħa ritratt mat-tabib tat-tim ta’ Beyern Munich Hans-Wilhelm Mueller-Wohlfahrt. Hu libes ilbies tradizzjonalment Bavarjan biex ikompli mat-tema u l-bqija tal-mistednin.

Fir-ritratt jidher li Mueller-Wohlfahrt kien ferħan se jtir wara li ra lit-tim tiegħu jirbaħ 7-2 kontra Tottenham.

Dakinhar l-eks stilla ta’ Arsenal Serge Gnabry skurja xejn inqas minn erba’ gowls waħdu.