Kif qed iqatta’ ħinu Djokovic wara li weġġa’ spaltu?

Novak Djokovic skuża lis-segwaċi tiegħu wara li ħallihom ‘fid-dlam’ dwar x’ġara mindu kellu jċedi l-kuruna tal-US Open. It-tenista numru wieħed tad-dinja qed iqatta’ ħinu ma’ martu Jelena filwaqt li qed ikompli jaħdem biex jirkupra għall-kompetizzjoni li jmiss fl-Asja.

Djokovic spiċċa fil-mira tal-partitarji li marru jarawh jilgħab kontra Stan Wawrinka, iżda kellu jieqaf minħabba uġigħ fl-ispalla. Hu skuża ruħu quddiem il-partitarji b’mod immedjat wara li kellu jieqaf mil-logħob ġewwa Arthur Ashe Stadium.

Fuq Twitter Djokovic wiegħed li se jkun qed jagħmel dak li jista’ biex iżomm lis-segwaċi tiegħu aġġornati dwar kif inhu sejjer bi spaltu.