Kif qed iħossuhom il-Maltin dwar il-Covid-19?

Miguela Xuereb

Xjentisti lokali ħolqu paġna live sabiex isegwu s-sentiment lokali

Xjentisti Maltin ħolqu paġna li turi kif il-coronavirus qiegħed jaffettwa l-Maltin. Fost oħrajn, dan is-‘Sentiment Tracker’ jistaqsi l-Maltin jekk humiex jinkwetaw dwar is-sitwazzjoni preżenti, jekk il-pandemija tal-Covid-19 affettwathomx finanzjarjament u jekk iħossux li l-awtoritajiet tas-saħħa qed joħolqu biżżejjed miżuri kontra l-imxija tal-coronavirus f’Malta.

Xjentisti minn onestdata.com qed jaġġornaw din il-paġna kontinwament bl-aħħar informazzjoni skont stħarriġ li qiegħed isir ta’ kull ġimgħa online. 

S’issa f’Malta hawn 378 każ.

Aktar dettalji: www.covid19malta.com

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn