Kif nistgħu ngħixu l-Vanġeli fil-ħajja tagħna ta’ kuljum?

Mil-lum is-Sibt 3 ta’ Ottubru Antonella Galea Loffreda se tkun qed twassal sta[un [did tal-programm Il-Kelma li jixxandar fil-5.30pm fuq One.

Fl-edizzjoni tal-lum Antonella ser titkellem ma’ Mariella Catania u mal-mistieden residenti Fr Louis Mallia, dwar is-suġġetti li joħorġu mill-Evanġelju tal-ewwel  Ħadd ta’ Ottubru. Kif nistgħu ngħixu dawn il-Vanġeli fil-ħajja tagħna ta’ kulljum? Huwa faċli jew diffiċli?  F’dan il-programm se naraw lil Maria Galea Farrugia taqra l-Evanġelju u t-talba li jikteb Fr Louis.

Għal dan l-ewwel programm biss se naraw intervista ma’ Fr Martin Cilia mssp dwar il-ktieb ġdid li ħareġ Living Stones. Dan hu ktieb sabiħ ħafna mimli ritratti u informazzjoni interessanti.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.