Kif nissapportja lil uliedi

ĦOBB

Kun hemm għalihom. Kun preżenti. Qatta’ ħin magħhom. Urihom li tħobbhom u tieħu ħsiebhom.

KBURI

Għidilhom u urihom li int kburi bihom.

TGĦALLEM

Tgħallem dwar kif trabbi aħjar. Din mhijiex xi ħila li nitwieldu biha.

KELLIMHOM

Inkuraġġihom jitħaddtu, jiddjalogaw u jgħidu kif iħossuha.

EŻERĊIZZJU

Ħeġġiġhom jilagħbu, jagħmlu eżerċizzji, sport. Int ukoll.

PAĊENZJA

Żomm atmosfera kalma, trankwilla u ordnata. Tagħmilx pressjoni fuqhom.

IMĠIBA

Attent għal xi bidliet li tara fl-imġiba tagħhom.

SAPPORT

Issapportja. Inkoraġġixxi. Faħħar. Regolarment.

GĦAJNUNA

Tiddejjaqx titlob l-għajnuna tal-professjonisti meta tħoss il-bżonn.

MISTRIEĦ

Agħtihom ħiliet sempliċi kif jirrilassaw. Anki t-tfal jgħaddu minn mumenti ta’ stress, ansjetà u tensjoni.

SENTIMENTI

Agħti kas ta’ kif qed iħossuhom. Twaqqax għaċ-ċajt u tinjorax dak li jkunu qed iħossu.

ISMA’

Ħu l-ħin li hemm bżonn biex tisma’ dak li għandhom x’jgħidulek.

AMBJENT

Ipprovdilhom ambjent li fih jistgħu jiżviluppaw.

QARI

Inkuraġġihom iħobbu l-qari. Ħallihom jarawk spiss bi ktieb f’idejk. 

INDAQS

Tagħmilx preferenzi u paraguni bejniethom.

Tista’ tara l-verżjoni diġitali ta’ FLIMKIEN billi tagħfas hawn.