Kif ngħixuhom illum il-beatitudnijiet?

Ian Diacono u Fr.Louis Mallia mssp huma l-mistednin ta’ Antonella Galea Loffreda g]all-programm Il-Kelma fejn se tiddiskuti l-Evangelju li jinqara fil-knejjes tagħna nhar is-Sibt u l-Ħadd. Fil-fatt l-Evangelju li se jinqara huwa tal-1 ta’ Novembru li huwa skont San Mattew fejn Ġesù qed ikellem lill-folla kbira li kellu quddiemu, u qed ikellimhom dawk li llum insejhulhom il-Beatitudnijiet. Kif ngħixuhom illum dawn il-beatitudnijiet?

Għaliex huma importanti li niftakruhom u ngħamluhom parti mill-ħajja tagħna? Illum Robert Alosio kiteb script dwar Iqbal Masih, żagħżugħ li wkoll inqatel għax kien jitkellem kontra x-xogħol iebes li kienu jagħmlu fil-Pakistan. Maria Galea Farrugia taqra l-Evangelju u t-talba tal-aħħar.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPI MEDIA, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.

Il-Kelma jixxandar illum is-Sibt 31 ta’ Ottubru fil-5.30pm b’repetizzjoni l-Ħadd fil-11.30am fuq ONE TV.