Kif Marija u Ġesù kienu ħaġa waħda hekk ukoll il-Knisja u Kristu – Il-Papa Franġisku

Fl-Omelija waqt il-Quddiesa Solenni ta’ Marija Omm Alla, fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, il-Papa Franġisku qal li Marija kienet imbierka fost in-nisa waqt li l-Knisja tfakkarna li kellha tkun hi il-magħżula sabiex tagħti l-ħajja u twassal fid-dinja lil Kristu sabiex aħna nikkontemplaw fuqu.
Il-Papa qal li Marija kienet ħaġa waħda ma’ Ġesu’ għaliex irċeviet mingħandu l-għarfien tal-fidi waqt li tat l-imħabba ta’ omm. Qal li Marija għarfet tħalli spazju f’qalbha għal Alla u dejjem ħalliet lilu jiggwidaha f’ħajjitha.
Semma kif wieħed ma jistax jifhem lil Ġesu’ mingħajr il-Madonna. Bl-istess mod li wieħed ma jistax iħobb lil Alla mingħajr il-Knisja. Qal li jekk wieħed jissepara lil Kristu mill-Knisja ikun qed joħloq qasma assurda.