Kif ma ttappanx in-nuċċali waqt li liebes il-maskra

Jekk qed issibha diffiċli biex ma jittappanlekx in-nuċċali waqt li liebes il-maskra, hawn taħt qed nagħtuk xi pariri kif tkun tista’ tibqa’ tara ċar.

1. Żgura ruħek li l-maskra tkun issikkata tajjeb ma’ mnieħrek u iġbed in-nuċċali ftit ’il barra minn għajnejk biex ikollok ċirkolazzjoni tajba tal-arja.

2. Idlek qatra żgħir ħafna ta’ sapun likwidu  fil-ġewwa tal-lenti, laħlaħ malajr u onfoħ fuqhom biex tnixxifhom qabel tilbes il-maskra fuq wiċċek.

3. Applika ftit sapun tal-leħja fuq il-lenti u xxotta tajjeb b’biċċa ċarruta nadifa.

4. Jekk tibqa’ ma tkunx kuntent b’dawn il-metodi jkun jaqbel li tuża l-isprej ‘anti-fog’ bħal dak użat mill-għawwiema.

Tuża liema metodu tuża kun dejjem ċert li l-maskra tkun qed tgħattilek sew imnieħrek u ħalqek.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn