Kif l-istil ta’ ħajja jwassal għall-kanċer? Charlene tirrakkonta

Facebook

Charlene Mercieca, waħda mill-preżentaturi ta’ 103 Breakfast Club, tħoss li hemm korrelazzjoni bejn l-istil ta’ ħajja li tgħix u l-kanċer.

103’s ‘soap lady likes lionesses

F’intervista waqt Christine’s Daily, parti mill-programm Mid Morning Mag fuq 103, Charlene saħqet dwar l-importanza li kuljum inkunu konxji tal-ħajja li qed ngħixu. Fissret li hi persuna workaholic, taħdem ħinijiet twal u li kienet tibqa’ għaddejja mingħajr ma tieħu break. Sostniet li dan jitfa’ ħafna stress fuq il-ġisem u li minkejja li l-ħajja tal-lum hija stressanti, hemm modi differenti kif tkampa, b’wieħed minnhom hu l-break.

Facebook

“L-esperjenza tal-kanċer, tagħlima”

Charlene spjegat li hi tiddejjaq tuża l-frażi ‘cancer survivor’ għax għalkemm fieqet, l-esperjenza tal-kanċer tqisha bħala tagħlima.

Fissret li qrat u rriċerkat ħafna dwar il-kanċer, iżda għalkemm it-testijiet huma importanti, li wieħed ikun jaf lil ġismu tajjeb u li jagħraf kif jinbidel, huwa essenzjali. Semmiet li wieħed jista’ jinduna jekk iħoss xi boċċa jew jara tibdil fil-kulur.

Hi kienet ħasset boċċa waqt li kienet qed tieħu xawer, fl-istess waqt li kienet qed tħossha tajba fiżikament u enerġetika.  “Li jkollok kanċer ma jfissirx li tmur torqod”, stqarret Charlene

Żiedet tgħid li t-tobba ma kinux inkwetati ħafna, saħansitra ħasbu li hi marbuta maċ-ċiklu menstrwali, sakemm semmiet li l-kuġina tagħha, tamparha, għaddiet minnha.

Facebook

Kif kien il-vjaġġ ta’ Charlene?

“L-ewwel ġimagħtejn ma kontx naf x’laqatni imma bqajt għaddejja. Bdejt il-kimoterapija wara ġimagħtejn u kien dakinhar meta kont fuq is-sodda li affaċċjajt ir-realtà u nfqajt nibki”.

  • Fl-ewwel xahar qalet lil kulħadd biex ma jgħidu xejn u jkomplu bil-ħajja normali
  • Irrealizzat li kienet qed tgħix gidba u bdiet il-vjaġġ billi tikteb l-emozzjonijiet tagħha, mhux bl-iskop li jitħassruha
  • Tilfet dufrejha kollha, idejha u saqajha ntefħu u saru suwed.
  • Kienet spiċċat f’iżolament, ġimagħtejn ma tista’ tara la lill-ġenituri u lanqas lis-sieħeb tagħha.

X’għamlet Charlene biex tħossha aħjar?

  • Ippruvat tibqa’ tgħix b’mod normali u tkompli bin-negozju tagħha.
  • Ippruvat torganizza kif se jaħdem in-negozju meta hi tkun qed tieħu l-kura
  • Qaxxret xagħarha u għamlet tatoo eyebrows biex tnaqqas milli tara lilha nnifisha tiddeterjora.
  • Bdiet tiekol ċertu ikel
  • Baqgħet tagħmel l-eżerċizzju.
  • Bdiet tapprezza aktar, anke li tqum filgħodu u tieħu nifs.
  • Bdiet iżżomm journal u tikteb dak kollu li tħoss. Serva ta’ terapija u żvog.

X’għandek tagħmel/tgħid lil persuna bil-kanċer?

Charlene telenka lista ta’ affarijiet:

  • Idejquha kliem bħal ‘kuraġġ, jaħasra’.
  • Il-familja kienu jappoġġjawha ħafna fit-tip ta’ ikel li kienet bdiet tieħu. Kienu jsajrulha, u jieklu bħalha.
  • Is-sieħeb tagħha għenha fir-responsabilitajiet tan-negozju.
  • Ma fiha xejn ħażin li tkun dgħajjef/tibki.
  • Tama minn dawk li jibagħtulha u jgħidulha li qed jaħsbu fiha u jitolbu għaliha.
  • Klijenti li kienu jafu li qalbet id-dieta, jħallulha kaxxa ħaxix.
  • Importanti li dak li jkun ikun hemm għalik
  • Li titgħallem taħfer, tfiq emozzjonalment
103

Għandek il-kanċer jew trid tgħin lil xi ħadd qrib tiegħek? Idħol hawn:

Filmat: Taffaċċjax il-kanċer waħdek