Filmat: Kif jolqotlok xogħlok il-Coronavirus?

Read in English.

COVID-19 – x’impatt qed iħalli fuq l-ekonomija? Il-Gvern x’għajnuna ta? Int bħala ħaddiem, bħala impjegat, bħala min iħaddem, kif se tibbenefika minn dan il-pakkett finanzjarju? Int se titlef xogħlok? X’tista’ tagħmel? Għad fadallek drittijiet?

Dawn se jkunu fost il-mistoqsijiet li l-Ministru Carmelo Abela u d-Direttur Ġenerali fid-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali Diane Vella Muscat se jkunu qed iwieġbu fuq Newsbook Q&A nhar il-Ħamis 16 ta’ April fl-16:00h, ippreżentat minn Sylvana Debono. Il-mistoqsijiet tagħkom jitpoġġew lill-mistednin għal tweġiba. Il-mistoqsijiet għandhom jintbagħtu fuq ask@newsbook.com.mt sa nhar il-Ħamis 16 ta’ April f’nofsinhar.