​“Kif jista’ jkun li fil-ħabs, tkun qisek qiegħed fit-triq?” – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles Scicluna jistaqsi lis-soċjetà Maltija, lill-Istat u lill-Gvern, dwar kif jista’ jkun li ambjent li jissejjaħ korrettiv, bħalma hu l-ħabs, ikun ambjent fejn dak li jkun iħossu qisu qiegħed fit-triq.
Waqt iċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni mill-Caritas għall-10 persuni li rebħu fuq il-vizzju tad-droga,  Mons. Scicluna esprima t-tħassib tiegħu dwar dak li qalulu wħud minn dawn il-persuni.
L-Arċisqof saħaq li dan huwa falliment li s-soċjetà ma tistax tibqa’ ġġerrħu.
Filwaqt li qal li hu mhux qed jiġġudika, wiegħed is-sapport tal-Knisja f’Malta, biex isir dak li hemm bżonn, bil-għan li min ikollu jgħix il-konsegwenza tad-delitti tiegħu, ikollu ambjent fejn isir ċittadin responsabbli u li jaħseb fil-konsegwenzi li għamel fil-vera libertà.
Dwar il-kelma ‘konsegwenza’, Mons. Scicluna stqarr li waħda min-nuqqasijiet tal-kultura Maltija, hi li ngħixu mingħajr ma nqisu l-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet tagħna. Għaldaqstant, qal, li l-ħajja tkun mingħajr riflessjoni u mingħajr sens ta’ responsabbiltà.
Monsinjur Arċisqof irrimarka kif f’dawn l-aħħar xhur kellu l-grazzja li jiltaqa’ man-nies li jgħixu f’ambjenti li qed toffri l-Caritas, li għalkemm wara tbatija kbira, jagħtu lill-bniedem il-vera ħelsien u dinjità.
Ritratt: Ian Noel Pace