Kif jinsabu l-istituzzjonijiet Ewropej wara Brexit?

F’dan il-programm bdejna b’kollegament man-newsroom ta’ Newsbook.com.mt fejn fost l-oħrajn aġġornajna dwar l-aħħar żviluppi rigward il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. 

Illum niddiskutu l-istituzzjonijiet Ewropej wara Brexit. Minħabba t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, naqas l-ammont ta’ membri Parlamentari – parti mis-siġġijiet ġew riallokati lil pajjiżi oħra fosthom Franza u Spanja, filwaqt li parti oħra nżammet bħala riserva fil-każ ta’ tkabbir futur.

Ħarsa wkoll lejn id-dimensjoni Ewropea tal-ġlieda kontra l-kanċer, fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tal-Kanċer, b’intervent ta’ żewġ persuni – il-Viċi President tal-kumitat MEPs Against Cancer, il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli, u Dr Peter Agius, ambaxxatur tal-EU Cancer Plan.