Wara l-iskandlu ta’ Cambridge Analytica, dawk li jużaw Facebook ġew aktar konxji tal-fatt li
Facebook iżomm kont tal-informazzjoni kollha li tfittex. Imma kif isir dan?
- Jekk ma tirranġax is-settings tal-apparat li tkun qed tuża, Facebook jista’ jaċċessa fejn
tinsab skont il-GPS, informazzjoni mill-kamera u ritratti li għandek fuq il-mowbajl. - Il-messaġġi li tibgħat jew tirċievi, kif ukoll it-telefonati, jistgħu jiġu rrekordjati minn
Facebook, jekk tissinkja l-informazzjoni tal-Android. - Facebook iżomm rekord tal-movimenti li wieħed jagħmel bil-mouse. Dan sabiex
jagħraf jekk min qed juża Facebook hux uman jew robot. - Facebook iżomm ukoll informazzjoni dwar affarijiet, bħal xiri li tagħmel onlajn u anke
offline minn siti differenti
Dawn huma l-ewlenin minn bosta. Id-dettalji tahom Mark Zuckerberg, il-Kap Eżekuttiv ta’ Facebook, waqt kungress dwar l-iskandlu.