Kif is-sħana taffettwa l-ġisem

Aktar ma nidħlu fl-eqqel tas-sajf, aktar insibuha diffiċli biex nagħmlu xi ħaġa oħra apparti milli nixxaħxħu fl-air condition jew naqbżu qabża sal-baħar.

Fil-fatt, is-sjuf f’dawn l-aħħar erba’ snin kienu l-aktar sjuf sħan madwar id-dinja. Din is-sena diġà ġabet l-ogħla temperatura fl-Afrika.

Sal-2050, bliet madwar id-dinja huma mistennija li jaffaċċjaw ġranet b’temperaturi ogħla minn 100 grad.

Din is-sħana enormi għandha effetti strambi fuq il-ġisem u l-moħħ. Ara x’tgħidilna x-xjenza…

  • Ħass ħażin

Ħass ħażin bis-sħana jista’ jkun emerġenza medika fatali. Dak li jkun jibda jħossu eżawst u jitlef il-konċentrament.

  • Stupidità

Kont taf li sħana estrema tagħmilna aktar stupidi?

Meta nibdew inħossu tant sħana li moħħna jkun qisu fl-isħab, fil-fatt moħħna jibda jaħdem aktar bil-mod.

  • Tniġġis fl-arja

Aktar kemm tkun sħana, aktar ikun hemm tniġġis bl-ozone.

F’każijiet drastiċi, dan iwassal għall-mewt permezz ta’ ażma u problem bin-nifs.

  • Suwiċidju

Studji juru li temperaturi għoljin jistgħu jikkawżaw aktar suwiċidji.

Fil-fatt, fl-Istati Uniti, is-suwiċidju żdied b’0.7% u fil-Messiku bi 2% minħabba s-sħana.

  • Saħħa mentali

Filwaqt li ħafna minna jħobbuh is-sajf, hawn uħud li tiġihom diqa kbira mal-wasla tas-sajf. Minn analiżi ta’ 600 miljun Tweet, jidher li n-nies ikunu aktar dipressati aktar kemm tkun sħana.

  • Aktar allerġiji u ażma

Mal-wasla tar-rebbiegħa, dawk li jbatu b’allerġiji jibdew jagħtsu aktar mis-soltu.

Attakki tal-ażma jaf ikunu iżjed frekwenti wkoll.

  • Il-heatwaves

Il-heatwaves huma agħar mis-sajjetti, terremoti, u kull katastrofu naturali ieħor. Joħolqu aktar imwiet minn dawn kollha.

Fl-2010, aktar minn 10,000 persuna mietet fil-Moska b’heatwave.