Filmat: Kif il-Covid-19 tolqot is-saħħa mentali tiegħek

Read in English.

Kuljum nisimgħu bil-każi ġodda ta’ persuni milquta mill-Covid-19 u bl-effetti li dan il-virus iħalli fuq is-saħħa fiżika tal-persuni milquta. Iżda ftit nirrealizzaw illi l-pandemija tolqot is-saħħa mentali ta’ aktar nies milli tolqot is-saħħa fiżika tagħhom.

Is-saħħa mentali ta’ eluf qed tintlaqat b’mod negattiv. Insibu anzjani, tfal, nisa msawta, studenti, ħaddiema, persuni li ntlaqtu mill-virus, qraba tagħhom, u ħafna oħrain.

X’tista’ tagħmel? X’għajnuna qed tiġi offruta?

L-edizzjoni ta’ Newsbook Q&A fuq Newsbook.com.mt il-Ħamis fl-4pm tiddiskuti dan is-suġġett.

Jieħdu sehem il-psikologa soċjali Mary Anne Lauri, Stephania Dimech Sant, CEO ta’ Richmond Foundation, li taħdem f’dan il-qasam u Andrea Bellizzi, Manager Community Support Services tar-Richmond Foundation.

Imexxi d-diskussjoni Fr Joe Borg. Newsbook.com.mt il-Ħamis fl-4pm