Kif il-batterija tal-iPhone battiet mil-lejl għan-nhar?

Il-midja soċjali ġiet miżgħuda b’ilmenti dwar il-batterija bagħtuta tal-iPhone mill-klijenti tal-Apple. Dan kif il-batterija tal-mowbajls ta’ dawn il-klijenti bdiet tbatti mil-lejl għan-nhar.

Twitter kien invażat b’nies li qalu li l-batterija bdiet tbatti mindu l-kumpanija Apple bdiet tipprepara lill-Ingilterra u l-Amerka dwar it-tnedija tal-mowbajls il-ġodda – l-iPhone XS u l-iPhone XS Max li se jkunu mnedija għada. Wieħed mill-klijenti ta’ Apple qal li l-batterija tal-iPhone 6S Plus niżlet bi kważi 50% f’inqas minn 15-il minuta mindu ħareġ l-avviż.

Għalkemm hemm xi ftit verità f’dawn l-istqarrijiet, għad m’hemmx biżżejjed evidenza li turi li dan qed tikkaġunah il-kumpanija Apple.