Kif ħa jkun it-temp is-sena d-dieħla?

L-irwiegel huma mod kif l-antenati tagħna kienu jbassru t-temp għas-sena li tkun ġejja. L-irwiegel jibdew 12-il jum qabel il-Milied, mit-13 ta’ Diċembru nhar Santa Luċija u jibqgħu għaddejjin sal-24 ta’ Diċembru lejlet il-Milied.

Ħafna kienu josservaw it-temp f’dawn il-ġranet u jqabblu kull ġurnata ma’ wieħed mit-12-il xahar tas-sena. Il-ġurnata kienu jaqsmuha f’erba’ biċċiet ħalli jbassru t-temp ġimgħa ġimgħa.

  • It-13 ta’ Diċembru huwa Jannar
  • L-14 ta’ Diċembru huwa Frar
  • Il-15 ta’ Diċembru huwa Marzu 
  • Is-16 ta’ Diċembru huwa April
  • Is-17 ta’ Diċembru huwa Mejju
  • It-18 ta’ Diċembru huwa Ġunju
  • Id-19 ta’ Diċembru huwa Lulju
  • L-20 ta’ Diċembru huwa Awwisu
  • Il-21 ta’ Diċembru huwa Settembru
  • It-22 ta’ Diċembru huwa Ottubru
  • It-23 ta’ Diċembru huwa Novembru
  • L-24 ta’ Diċembru huwa Diċembru

Inti temmen fl-irwiegel tal-irjieħ?


Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt