Kif għandek tuża l-midja soċjali biex twassal messaġġ?

Li twassal il-messaġġ tiegħek b’mod effettiv hija xi ħaġa importanti speċjalment meta trid tikkonvinċi lil ta’ madwarek dwar xi ħaġa li għandek passjoni personali għaliha. 
Fil-ġenerazzjoni tal-lum, il-midja soċjali bħal Facebook, Twitter, Instagram u Snapchat, fost oħrajn, huma pjattaformi li jgħinuk tamplifika l-vuċi tiegħek u twassalha lil massa ta’ nies li fiżikament ma kienx ikun possibli li twasslilhom il-messaġġ.
L-għaqda internazzjonali u non-governattiva, JCI Malta se tkun qed torganizza taħdita dwar kif wieħed jista’ juża l-midja soċjali bl-aktar modi effettivi biex iwassal messaġġ. 
It-taħdita se tkun immexxija minn Chucky Bartolo mis-sit tal-midja Lovin Malta, kif ukoll Valentina Rossi minn Vibe FM. It-tnejn li huma intiżi fid-dinja tal-midja soċjali. 
Dan l-avveniment se jkun qed isir nhar il-Ħamis fis-6:30pm f’The Beer Cave il-Belt Valletta. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar l-avveniment fuq Facebook.