Kif għandek tuża l-karreġġjata tax-xellug f’roundabout?

Minkejja li dak li jkun għandu l-liċenzja, ma jfissirx li jsuq tajjeb. Sfortunatament huma ħafna dawk li bħal donnhom jinsew ir-regoli tat-toroq wara li jġibu l-liċenzja. Xi kultant, tfakkira ta’ ċertu regoli importanti tista’ tgħin lil dak li jkun jevita milli jispiċċa jidħol jew idaħħal lil xi ħaddieħor f’xi inċident tat-traffiku.

Transport Malta dalgħodu spjegat kif għandha tintuża l-karreġjata tax-xellug f’roundabout li jkollha żewġ karreġjati. Qalet li idealment din tintuża biss meta xi ħadd ikun se jieħu l-ewwel jew it-tieni ħarġa minn mar-roundabout. Il-karreġjata tal-lemin imbagħad għandha tintuża għal ħruġ li jkun hemm wara dawk. Intant, Transport Malta fakkret ukoll dwar l-importanza li wieħed jagħmel użu mill-indikatur.

Jekk tixtieq taqra aktar dwar ir-regoli tat-toroq għafas hawn.

🇲🇹 Il-karreġjata tax-xellug f’roundabout b'żewġ karreġjati idealment tintuża biss meta tieħu l-1️⃣ u t-2️⃣ ħarġa….

Posted by Transport Malta on Tuesday, August 25, 2020