Kif għandek titkellem mat-tfal dwar l-attakki terroristiċi?

Fil-ħajja nagħmlu dak kollu possibbli biex nipproteġu lit-tfal tagħna. Imma fid-dinja tal-lum, il-vjolenza u t-terrur saru jispikkaw aktar minn qatt qabel. Kif għandna nispjegaw dawn l-atti lit-tfal tagħna? 
Tajjeb ngħidu, li l-għan primarju tal-ġenituri hu li jgħinu lit-tfal iħossuhom siguri. Ara kif: 

1. Evita li tħalli lit-tfal żgħar jaraw vidjows ta’ vjolenza
Tfal ta’ età żgħira mhumiex kapaċi jiddistingwu bejn fatti u fantasija. Biex nevitaw biża’ bla bżonn jew ħmar il-lejl, tajjeb li nżommuhom ’il bogħod mill-istazzjonijiet tal-aħbarijiet fuq it-televixin.
2. Jekk taqbduhom jaraw vidjows ta’ vjolenza…
M’għandekx iġġibhom bi kbar jekk taqbadhom jaraw vidjows ta’ vjolenza, anzi ibqa’ kalm u dawwar l-attenzjoni fuq xi ħaġa pożittiva. Issuġġerixxi li jintefa t-televixin biex nagħtuh ftit mistrieħ u staqsi lit-tfal dwar xi ħaġa li ġrat qabel, pereżempju xi tpinġija li kienu qed jaħdmu fuqha.
3. Jekk it-tfal ikunu qed jagħmlu bħat-televixin… 
Ħafna tfal iħobbu jagħmlu role plays. Jekk taqbadhom waqt att vjolenti, ħallihom jirreċtaw sakemm tispiċċa l-istorja, iżda ara li kulħadd isalva. Din toħloq sens ta’ paċi. Tgħanniqa u bewsa f’dan il-mument jgħinu aktar biex it-tfal iħossuhom siguri. 
4. Jekk ikunu diġà semgħu jew raw kollox… 
F’każ ta’ tfal akbar fl-età, speċjalment żgħażagħ attivi fuq il-midja soċjali, hija akbar il-possibilità li jismgħu dwar avvenimenti terroristiċi minn mezzi oħra. Oħloq konverżazzjoni mat-tifel jew tifla tiegħek billi tistaqsi: “X'jaħsbu sħabek tal-iskola dwar l-ISIS?” Jekk ma jkunux jafu x’se jgħidu, m'għandekx iġġiegħlhom jitkellmu. L-għan huwa li ġġiegħlhom iħossuhom siguri miegħek.  
Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett se jiġi diskuss waqt il-programm Insellimlek fuq RTK ma’ Sonia Young, li jixxandar kuljum bejn it-3pm u l-4.30pm.
Segwi l-paġna tal-Facebook għal aktar dettalji.