Kif għandek tħares il-bini mill-qerda tan-nirien?

L-awtorità l-ġdida li se tirregola l-industrija tal-kostruzzjoni għandu jkollha l-funzjoni li tintroduċi u tirregola aspetti tas-sigurtà tan-nirien fil-bini.
Il-Kamra ta’ l-Inġiniera qalet ukoll li ma għandux ikun hemm distinzjoni bejn bini residenzjali u bini kummerċjali fejn jidħlu spezzjonijiet perjodiċi ta’ dawn il-binjiet li jaraw li s-sistemi jkunu adegwati.
Il-Kamra semmiet li n-nirien li seħħew dan l-aħħar fil-Grenfell Tower u fil-lukanda Mandarin Oriental juru kemm huma importanti d-disinn tal-inġinjerija u l-immaniġġjar tal-faċilitajiet tal-bini xierqa.