Kif ir-regoli tat-traffiku jsalvaw il-ħajjiet?

Miguela Xuereb

Jekk sewwieq isegwi r-regoli tat-traffiku jevita li jsiru l-inċidenti u dan iwassal biex ikun hemm inqas użu ta’ demm.

Iċ-Ċentru tat-Transfużjoni tad-Demm qed iwassal dawn il-messaġġi dwar kemm huwa importanti li kull persuna tħares ir-regoli tat-traffiku fuq l-iskrins li jiġu mmaniġġjati miċ-Ċentru tal-Kontroll tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta.

Iċ-Ċentru spjega li meta persuna tkun involuta f’inċident u jkollha bżonn id-demm, ir-riserva tad-demm titħarbat speċjalment meta jkun hemm għadd ta’ persuni involuti fl-istess inċident. Iċ-Ċentru tal-Ġħoti tad-Demm appella għal dixxiplina personali fuq kull min juża t-toroq, għall-ħarsien tar-regoli tat-traffiku. Żiedu li kull min jista’ jagħti d-demm jista’ jagħmel dan:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ kuljum mit-8:00am sas-6:00pm.
  • fil-mobile blood donation unit li l-Ħadd 21 ta’ Lulju se jkun disponibbli għall-għoti tad-demm quddiem il-Knisja tas-Salib Imqaddes, Żona Sant Andrija, Ħaż-Żabbar. Il-ħin disponibbli għal-għoti tad-demm ikun mit-8:30am sas-1:00pm
  • fil-Berġa tax-Xewkija f’Għawdex li l-Ħadd 21 ta’ Lulju se tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Huwa importanti li qabel wieħed jagħti d-demm jiekol u jixrob, kif ukoll jieħu l-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti. Possibbilment wieħed għandu jħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.