Kif ferħet id-dinja mat-tluq tal-bniedem lejn il-qamar

Ma setax jonqos li kien hawn ferħ kbir fid-dinja mal-aħbar li l-bniedem kien rifes għall-ewwel darba fuq il-qamar 50 sena ilu. Naturalment, it-telliefa f’din it-tiġrija għall-qamar, ir-Russja ma jistax jingħad li ferħu bl-aħbar daqs pajjiżi oħra.

Ħarsa ħafifa lejn l-aħbarijiet għal dik il-bravura Amerikana waslu minn diversi pajjiżi sa minn meta kien sparat ir-rocket li beda l-vjaġġ sakemm waslu fuq il-qamar. Fost dawn kien hemm dawn l-ġejjin:

Fil-Korea ta’ Isfel: Aktar minn 50,000 ruħ kienu nġabru quddiem skrin ġgantesk fi pjazza ewlenija fil-belt kapitali Seoul biex jaraw l-illanċjar tar-rocket li kellu jwassal lill-astronawti fuq il-qamar. L-istorja rrepetiet ruħha waqt l-inżul tagħhom hemmhekk.

F’Londra: David Threfall ta’ 26 sena kien jistenna barra ħanut tal-imħatri biex jiġbor flusu wara li kien għamel imħatra mal-kumpanija William Hill Ltd. Ħames snin qabel kien lagħab $24 dollaru li bniedem jinżel fuq il-qamar qabel l-1971. Kienu tawh ċans li jirbaħ ta’ 1,000 għal 1.

F’Bejrut: Fl-għodwa tal-illanċjar tal-astronawti welldet il-11-il wild tagħha. Mill-ewwel ngħata l-isem ta’ Apollo Eleven Salim.

Fl-Eġittu: Sheik Ahmed Hereidi, awtorità għolja fir-reliġjon Islamika, il-Grand Mufti, kien qal li hu japprova l-esplorazzjoni tal-ispazju għaliex “il-Koran iħeġġeġ lill-Musulmani biex iħarsu ’l fuq minn fejn joqogħdu fid-dinja biex jaraw x’hemm wara l-qamar u l-istilel.

Fil-Brażil: Fil-belt ta’ Recife l-Brażiljani għamlu Karnival barra minn żmien b’karrijiet apposta bi żfin fit-toroq ewlenin tal-belt.

AQRA: Fejn kont meta l-ewwel persuni niżlu fuq il-qamar?

AQRA: Issa jmiss mara fuq il-qamar sal-2024

AQRA: L-ewwel bniedem mexa fuq il-qamar b’imbuttatura mill-President Kennedy

AQRA: Il-mowbajl tiegħek aktar qawwi mill-kompjuter li niżżel il-bniedem fuq il-qamar

AQRA: Id-diskors tal-President Nixon kieku l-astronawti kienu abbandunati fuq il-qamar