Kienu qed iħallsu bejn €1,200 sa €6,800 għal smart meters imbagħbsa

Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni tal-provi kontra tliet irġiel li jinsabu akkużati li ffrodaw il-Korporazzjoni Enemalta.
Fil-Qorti ntqal li biex ikollhom smart meter imbagħbas ħallsu somom ta’ flus li jvarjaw minn €1,200 sa €6,800.
Seba’ persuni li ngħataw l-amnestija mill-Gvern milli jipproċedi kontrihom bil-Qorti, qalu li identifikaw lil Cilia La Corte bħala l-persuna li kien jirrangalhom ma’ persuni oħra biex ikollhom smart meter imbagħbas.
Intqal ukoll li meta kien isir ftehim ma’ Cilia La Corte, impjegat tal-Enemalta kien imur id-dar tagħhom u jibdel l-ismart meter ma’ wieħed imbagħbas.
Matul is-smigħ ġew ippreżentati numru ta’ smart meters