Kienu pparalizzati; irnexxielhom jagħmlu l-ewwel pass

Tliet irġiel li kienu pparalizzati u li għal diversi snin it-tobba qalulhom li ma kienu se jimxu qatt aktar, irnexxielhom jagħmlu l-ewwel passi tagħhom grazzi għal tobba Svizzeri.

Permezz ta’ operazzjoni, it-tobba daħħlu apparat elettriku madwar l-ispina f’dar l-irġiel biex tkun tista’ tagħti spinta lis-sinjali mill-moħħ għar-riġlejn. Dan l-apparat għen ukoll biex jerġa’ jkabbar in-nervituri li kienu tħassru fl-ispina.