“Kienu jħejjulna l-imbuljuta sħuna” – Frida Cauchi

Ritratt: Facebook/FridaCauchi

Ħafna huma t-tradizzjonijiet li llum m’għadnix inħaddnu iżda ċertament il-memorji ta’ tfulitna ma tinsihomx daqshekk malajr.

Għall-attriċi Frida Cauchi lejliet il-Milied ifakkarha fi tfulitha u għandha ċerti memorji li tibqa’ tgħożż għal dejjem.

Ritratt: Facebook/FridaCauchi

Hija qalet li, “ta kull lejlet il-Milied dejjem niftakar u ngħożż il-memorja ħelwa ta’ meta kont immur inkanta għal quddies ta’ nofs il-lejl ġewwa l-knisja tal-Istitut ta’ San Ġużepp f’Santa Venera. Kont form 3 meta l-Head tagħna Ms Ninette Borg Grech kienet tgħaddi għalija, għal Jennifer Sant u Sharon Zammit, b’dik il-karozza żgħira tagħha, jekk ma niżbaljax Fiat u teħodna magħha għall-quddiesa. Aħna nkantaw u hi ddoq il-pjanu tul il-quddiesa tal-Milied. Wara l-hena tagħna mmorru ġewwa l-kunvent fejn is-sorijiet kienu jħejjulna l-imbuljuta sħuna, l-imqaret u tant ħlewwiet oħra kif jafu jagħmlu. Memorji li nibqa’ ngħożż għal dejjem.

Ritratt: Facebook/FridaCauchi

Tassew sabiħ li nibqgħu ngħożżu dawn il-memorji simili minkejja li jkunu għaddew is-snin. Grazzi Frida talli qsamt din il-memorja li bla dubju fakkart lil ħafna nies dwar tifkiriet minn Miliedijiet ta’ bosta snin ilu.

Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd!