​Kienet tixxala fil-popolarità…imma issa waħedha!

Ilha waħedha kważi xahrejn għax ftit li xejn għadhom imorru jżuruha.
Ħadd ħlief, il-mera li hemm fil-latrina ta’ Triq Santa Rita, ir-Rabat Malta, fejn sal-aħħar ta’ Awwissu kien għadu jarma l-monti tar-Rabat.
Din il-mera kienet tara minn kollox, kull tip ta’ persuni b’forom, daqsijiet u etajiet differenti, li ta’ kull nhar ta’ Ħadd kienu jimbullaw il-latrina biex imorru jippużaw quddiemha. Dan sabiex jippruvaw il-ħwejjeġ li jkunu mħajrin li jixtru minn fuq il-monti.
Bħalissa fit-Triq Santa Rita jinsabu għaddejjin xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni u tisbiħ, u minħabba f’hekk fl-aħħar ta' Awwissu li għadda, il-monti tar-Rabat beda jarma fit-Triq tal-Plieri.  Ix-xogħlijiet se jiġu jiswew mas-€600,000. Minn dan il-proġett bla dubju se jgawdu r-Rabtin kif ukoll dawk li jiffrekwentaw il-lokalità.