Filmat: Ara lil Justine Shorfid tkanta meta kienet żgħira

Fil-filmat qed taraw lil Justine Shorfid, waħda mill-parteċipanti finalisti fit-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta, meta kienet għadha iżgħar fl-età.

Iż-żagħżugħa qegħda tiġbed ħafna attenzjoni fuqha bħalissa u għalkemm għal ħafna hija vuċi ġdida fix-xena mużikali, Justine mhux l-ewwel darba li kienet ħadet sehem f’għadd ta’ festivals u anki programme televiżiva.

Iżda żgur li jekk għal ħafna Justine hi vuċi li semgħu b’mod prominenti dan l-aħħar, ħuha Mathias meta kien għadu ta’ ftit xhur. Illum Mathias tista’ tgħid li huwa l-ammiratur numru wieħed tagħha.

Il-finali ta’ X Factor Malta se jittella’ s-Sibt 8 ta’ Frar fl-MFCC f’Ta’Qali b’xandira diretta fuq TVM. Għall-biljetti idħlu fis-sit showshappening.com

Min jirbaħ it-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta se jirrappreżenta lil Malta fil-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest. Malta se tkun qed tieħu sehem fl-ewwel semifinali tat-Tlieta 12 ta’ Mejju.