Kienet tgħix f’vann ma’ aktar minn 300 ġurdien

Tista’ timmaġinak tgħix magħluqa f’van ipparkjat ma’ aktar minn 300 ġurdien? Jekk ma togħġbokx l-idea żgur li kienet għall-gosti ta’ mara minn Kalifornja li isimha ngħata bħala Carla. Kollox beda meta rabbiet żewġ grieden bħala pets. Imma dawn malajr kellhom il-frieħ … u l-frieħ kellhom il-frieħ … Il-ġrieden iwelldu kull erba’ ġimgħat u jkollhom 12-il ferħ kull darba.

Din l-isplużjoni ta’ ġrieden f’van wasslet biex dawn bdew iħaffru fis-seats, taħt is-seats u f’kull rokna tal-vettura. Min kien iħares fil-vans mill-ħġieġ seta’ jara biżilbilju minnhom. Imma ma kinux dawk li joqogħdu qrib il-vann li rrappurtaw lill-awtoritajiet tas-saħħa. Kienet Carla stess li ammettiet li ma setgħetx issib rkabtu tagħhom.

Meta marru fuq il-post dawk li ntbagħtu biex jivverifikaw is-sitwazzjoni nstab li dawn ma kinux jgħixu f’post maħmuġ jew imġewħa għax bla ikel. Fil-fatt il-mara kienet tagħtihom jieklu sew u dan kien fattur li wassal biex il-ġrieden immultiplikaw daqstant.

L-uffiċjali tas-sanità ġabru 320 ġurdien, parti kbira minnhom ‘trabi’ li minnhom kien hemm 140 gurdien kbir li kienu addottati. Biex instabu dawn il-ġrieden kollha saret ħerba mill-van. Meta raw hekk, ħbieb ta’ Carla ġabru l-fondi bejniethom u issa l-mara għandha SUV ġdida.