Kienet tagħtih il-burgers bil-moħbi: Ronaldo jappella biex isibha

Christiano Ronaldo ħareġ appell biex jipprova jsib lil Edna, mara li kienet taħdem ġewwa ħanut tal-ikel u li kienet tagħtih xi burger jew tnejn minn taħt.

Ronaldo li għandu 34 sena ingħaqad ma’ Piers Morgan għal intervista li ntweriet fuq ITV il-lejl li għadda. Waħda mill-affarijiet li tkellem fuqhom Ronaldo kien il-fatt li meta kien żgħir kien imur jittallab għall-burgers waqt li kien jittrenja ma’ Sporting Lisbon.

Issa qed jisspera li jirnexxielu jsib kell lil Edna kif ukoll lil żewġ tfajliet oħra li kienu għenuh meta kien fil-bżonn. Hu qal li lest jistidinhom għall-ikel f’daru, jew ġewwa Turin jew Liżbona. Qal li dan jixtieq jagħmlu biex jagħtihom xi ħaġa lura tal-ġid li għamlu miegħu.