“Kienet ommi li introduċietni mal-mużika” – Peter Paul

Ritratt: Facebook/PeterPaul(Tribali)

Il-mużika tat-Tribali hi fost l-aqwa li qatt kellna f’pajjiżna u żgur li meta ssemmi lil dan il-grupp, mil-ewwel taħseb f’Peter Paul Galea. L-għeruq ta’ dan il-grupp però jmur ferm aktar lura milli taħsbu għax li kieku Peter Paul qatt ma beda fil-mużika, kieku possibbilment dan il-grupp ma kienx għamel daqstant ħoss.

“Illum il-ġurnata nagħmel il-mużika għax meta kelli 6 snin kienet ommi li introduċietni mal-mużika” beda biex jgħid illum Peter Paul f’messaġġ fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook.

“Nirringrazzjaha talli tatni din l-opportunità biex inkun nista’ nxerred l-imħabba permezz tal-mużika,” żied Peter Paul fil-kitba tiegħu waqt li awgura lil ommu Carmen Galea l-isbaħ xewqat f’għeluq l-74 sena tagħha, waqt li qalilha wkoll li jħobbha ħafna.

Ritratt: Facebook/PeterPaul(Tribali)

Ad multos annos sinjura Galea!