“Kienet omm tal-ġenn”

Il-mara li tilfet ħajjitha f’inċident fuq pont fir-Renju Unit ġiet deskritta bħala “omm ta-ġenn”.

Karly Heweson ta’ 21 sena minn Devizes kienet passiġġiera f’karozza involuta f’ħabta fi Prison Bridge.  Il-familja tagħha ddeskrivieta bħala “persuna enerġitika u mill-aqwa, omm Joshua ta’ sentejn”.

Dwar il-każ, il-Pulizija Ingliża arrestat żewġt irġiel ta’ 24 u 25 sena, b’rabta ma’ suspett ta’ sewqan taħt l-effett tal-alkoħol.