“Kienet logħba kkumplikata” – Valverde

Il-kowċ ta’ Barcelona, Ernesto Valverde, ta l-kummenti tiegħu wara d-dro ta’ mingħajr gowls illi t-tim tiegħu kellu kontra Getafe.
Huwa sostna illi l-avversarji tagħhom kienu ferm skomdi u fil-ġurnata t-tim tiegħu ma kienx brillanti daqs is-soltu.
Minkejja illi l-Blaugrana attakkaw fl-aħħar parti tal-logħba, dan kollu ma kienx biżżejjed minħabba illi Getafe iddefendew sa snienhom sabiex ħarġu minn din il-partita b’punt mistħoqq.
B’dan ir-riżultat, il-Katalani xorta jinsabu fuq quddiem b’seba’ punti vantaġġ fuq it-tieni tim Atletico Madrid filwaqt illi Getafe baqgħu fl-għaxar post tal-klassifika.