“Kienet ħolma li saret realtà meta int twelidt” – Georgina

Georgina & Ryan Abela

Il-mużiċist Ryan Paul Abela llum jagħlaq 30 sena u bla dubju li l-ġenituri tiegħu Paul Abela u l-kantanta Georgina jinsabu tassew kburin bih.

“Kienet ħolma li saret realtà meta int twelidt,” titbet Georgina f’messaġġ fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook.

My son's b day, love you . My heart melts when I see you VERY proud of you, a dream come true when you were born to us. You are my life, my soul my everythink and my hero.

Posted by Georgina Abela on Saturday, January 9, 2021

Meta tkellmet ma’ Newsbook.com.mt Georgina żiedet tgħid li hija kburija bħala omm u ddeskriviet lil Ryan bħala qalbha u ruħha. Żiedet tgħid li tixtieq li l-ħolma ta’ Ryan li jsir kompożitur tal-films isseħħ tassew.

Ryan Paul Abela twieled bħal-lum il-11 ta’ Jannar tal-1991. Ilu jkanta, idoqq il-pjanu u jirreċta minn meta kellu ħames snin. Huwa studja l-mużika fil-Malta School of Music u l-Università. Huwa ħa sehem f’diversi musicals bħal Les Miserables, Jesus Christ Superstar, Godspell, Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat, Evita, The Sound of Music u Legally Blonde. Huwa ħa sehem fil-Malta Junior Eurovision Song Contest darbtejn u pparteċipa wkoll fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza.

Fl-2014 hu ħa sehem fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta City Lady.

Huwa kontinwament jistudja u jikteb il-mużika, u wieħed mill-għanijiet tiegħu huwa li jistudja barra minn Malta u jikkomponi l-mużika għal film kbir fuq skala internazzjonali.

Paul Abela and Ryan Abela

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn