Kienet ġurnata emozzjonali għat-tim Ingliż tan-nisa

Il-coach tat-tim Ingliż Phil Neville tkellem dwar kemm hu kburi bir-riżultat li t-tim tan-nisa rnexxielu jikseb kontra Arġentina. Hu qal li kienet ġurnata emozzjonali hekk kif irnexxielhom jirbħu bl-iskor ta’ 1-0 kontra l-Arġentina fit-Tazza tad-Dinja tan-nisa.

Huwa deher jgħannaq lil waħda mill-plejers li kienet tidher qed tibki. Fran Kirby kienet qed tilgħab il-logħba propja fl-anniversarju tat-twelid t’ommha. Min-naħa l-oħra, Carly Telford għamlet id-debutt tagħha f’turnew maġġuri ftit inqas minn sena wara li mietet ommha.

Phil Neville qal li bħala tim, jaqsmu mumenti ta’ ferħ flimkien kif ukoll jaqsmu mumenti ta’ dwejjaq. It-tim tan-nisa rebħu kontra l-Iskozja bl-iskor ta’ 2-1 fil-logħba ta’ ftuħ u permezz ta’ dawn iż-żewġ rebħiet irnexxielhom jagħmluha mal-aħħar 16-il tim.